Gwida on activities
Organizza l-Attività Tiegħek ma’ #EUCodeWeek



X’inhi l-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar?
Il-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar hija moviment fil-livell lokali mmexxi minn voluntiera u appoġġat mill-Kummissjoni Ewropea. Kulħadd – skejjel, għalliema, libreriji, klabbs tal-ikkowdjar, negozji, awtoritajiet pubbliċi – jista’ jorganizza avveniment ta’ #EUCodeWeek u jżidu fuq il-mappa codeweek.eu
X’għandek bżonn sabiex torganizza attività?
Grupp ta’ persuni li għandhom rieda li jitgħallmu. Pereżempju, sħabek, tfal, adolexxenti, kollegi adulti, ħbieb, ġenituri jew nanniet. Ftakar, żewġ persuni diġà huma grupp!
Għalliema jew min ħarreġ li huma familjari mal-attività tal-ikkowdjar, u dwar kif għandhom jgħallmu u jispiraw lil oħrajn. In-numru jiddependi fuq it-tip u d-daqs tal-avveniment.
Post fejn titgħallem. Klassijiet, libreriji, kmamar tal-konferenzi u diversi spazji pubbliċi kollha jistgħu jitqiesu bħala post mill-aqwa biex isir avveniment.
Kompjuters u konnessjoni tal-internet. Skont il-grupp fil-mira tiegħek, tista’ titlob lill-parteċipanti jġibu magħhom il-laptops tagħhom stess.
Ikkowdjar offline. Effettivament ma għandekx bżonn kompjuters u konnessjoni tal-internet biex titgħallem il-ħsieb komputazzjonali. Agħti ħarsa lejn is-Sezzjoni tat-tagħlim offline tagħna biex tibda.
Materjal ta’ tagħlim. Uri lill-parteċipanti kemm jistgħu jieħdu gost meta joħolqu xi ħaġa waħedhom. Iċċekkja l-paġna tar-riżorsi u s-sezzjoni tat-tagħlim tagħna b’lezzjonijiet b’vidjows u pjanijiet ta’ lezzjonijiet, u aġġustahom skont il-ħtiġijiet tal-grupp tiegħek.
Irreġistra l-parteċipanti. Jekk għandek spazju limitat disponibbli, tista’ tuża għodod online bħal formoli ta’ Google u Eventbrite biex tirreġistra l-parteċipanti.
Ftakar biex twaħħal l-attività tiegħek fuq il-mappa tal-Ġimgħa tal-Ikkowdjar!
Kif għandek torganizza l-attività tiegħek?

Materjal promozzjonali
Ara t-tutorials u t-taħriġ tagħna disponibbli f’29 lingwa biex titħejjew għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet fejn iż-żgħażagħ jitgħallmu l-kodifikazzjoni u l-ħsieb komputazzjonali.

Niżżel is-sett ta’ għodod li ġejjin biex jgħinuk tibda:
Mistoqsijiet?
Jekk għandek mistoqsijiet dwar l-organizzazzjoni u l-promozzjoni tal-avveniment tiegħek ta’ #EUCodeWeek, ikkuntattja wieħed mill-Ambaxxaturi tal-Ġimgħa tal-UE tal-Ikkowdjar minn pajjiżek.